The ‘Naf Naqra’ series published by Miller Publications

The Maltese-language series ‘Naf Naqra’ brings together some of the most well-loved stories and fairy tales which have long enchanted children and sparked their imagination. These books provide an easy but entertaining way to introduce children to the world of reading in Maltese. They are specifically written in simple and correct Maltese so children can follow and enjoy their first Maltese reading experience.

Through this series, Miller Publications has managed to fill a gap, which has long been felt in the local publishing sector, for books aimed at very young children. In this day and age we cannot ignore the importance of the Maltese language in the academic world. Our language is becoming stronger as it continues to grow. Today Maltese is recognised as one of the official languages of the European Union and it is our duty to introduce our children, from a very early age, to books which encourage them to use and love their mother tongue.

The vocabulary in the ‘Naf Naqra’ series has been selected to help young readers venture out on their own and explore the magical world of reading. The orthography used in the series follows the latest official rules published by the National Council for the Maltese Language. Throughout the books, colourful pictures bring the text to life thus enabling children to follow the stories more closely. These have been designed specifically so that children are able to anticipate what happens next and help them enjoy reading as much as possible. The pictures may also be used as a point of discussion to explore other details which are not found in the text.

Is-sensiela Naf Naqra

L-istejjer u l-ħrejjef li minn dejjem kienu jaffaxxinaw u jistimolaw l-immaġinazzjoni tat-tfal issa jinsabu miġbura f’sensiela ta’ kotba bil-Malti. Dawn il-kotba huma miktuba apposta b’Malti ħafif, mexxej u korrett, sabiex tfal li qegħdin jagħmlu l-ewwel passi fid-dinja tal-qari bil-Malti jkunu jistgħu jsibu t-triq ħafifa u li tagħtihom gost.

Is-sensiela Naf Naqra, Miller Publications irnexxielha timla vojt li kien ilu jinħass fil-qasam tal-pubblikazzjoni ta’ kotba bil-Malti għaż-żgħar nett. Illum il-ġurnata ma nistgħux ninjoraw l-importanza tal-lingwa Maltija fil-qasam akkademiku. Iktar ma jgħaddi ż-żmien, il-Malti qiegħed dejjem jissaħħaħ u jikber. Illum il-Malti huwa meqjus wieħed mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk jixraq li lit-tfal tagħna nagħtuhom aċċess, sa mill-bidu nett, għal kotba li jnisslu fihom imħabba għal ilsien twelidhom.

Il-kliem użat fis-sensiela Naf Naqra intgħażel apposta biex qarrejja żgħar ikunu jistgħu jitilqu għal rashom jesploraw oqsma differenti fid-dinja meraviljuża tal-qari. L-ortografija użata hija dik skont l-aħħar regoli uffiċjali maħruga mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. L-istampi kkuluriti jsegwu mill-viċin it-test tal-istorja. Dan sar apposta biex it-tfal ikunu jistgħu jantiċipaw dak li jkunu sejrin jaqraw u b’hekk iżidu l-pjaċir li jieħdu mill-qari tar-rakkonti. L-istampi jistgħu jservu wkoll ta’ spunt biex dettalji oħra li ma jkunux jinstabu fit-test jiġu esplorati u diskussi.

Peter u l-Lupu / Peter and the Wolf
Il-Fenek u l-Fekruna / The Rabbit and the Hare
Pinokkjo / Pinocchio
Badja Silġ / Snow White
Jack u s-Siġra tal-Fazola / Jack and the Beanstalk
Is-Sbejħa u l-Mostru / Beauty and the Beast
Aladin / Aladdin
Goldilocks u t-Tliet Orsijiet / Goldilocks and the Three Bears
Il-Ktieb tal-Ġungla / The Jungle Book
Il-Pejxu taż-Żarbun / Puss in Boots
Bambi
It-Tliet Qżieqeż / The Three Little Pigs
It-Tifla tal-Barnuża l-Ħamra / Little Red Riding Hood
Is-Sirena z-Żghira / The Little Mermaid
Peter Pan