Stejjer tal-Milied

Author: Anton Grasso
Publication Date: October 2008
ISBN: 978-99932-86-17-2
Price: €6.95

 Il-Milied – ghal hafna l-isbah festa tas-sena, festa li tferrah, thenni, issahhar, tixghel l-imagginazzjoni tat-tfal, festa ta’ lwien, dwal, rigali. Fuq kollox, festa ta’ mhabbar, ghaqda, paci.

Izda fid-dinja ta’ Anton Grasso, xejn ma jimxi skond ir-regola. F’dan il-volum ta’ stejjer tal-Milied b’differenza, hafna minn dawk li jistennew il-Milied b’eccitement jispiccaw dizilluzi, imnikkta, dizappuntati. Ghalihom il-Milied ghandu tifsira ohra.

Uhud minn dawn l-istejjer jifthu tieqa fuq dinja mudlama, misterjuza, mignuna, imdemma, dinja fejn hafna drabi tiddomina l-mewt, l-incertezza, il-firda, il-vendetta.

Il-Milied hu l-aktar festa li jhobb Anton Grasso. Izda dan il-volum jesponih f’dawl iehor.
Dawn l-istejjer jistghu jibdlu l-Milied tieghek ukoll.