New Publication by Miller Distributors: Dimech, L-Ewwel Volum 1860 – 1902

Author: Rev. Dr Mark Montebello

Publisher: Miller Distributors Ltd

ISBN: 9789995737689

Price: € 29.99

Manuel Dimech hu l-personifikazzjoni tal-motivi kollha psikoloġiċi, sojali u ideoloġiċi tal-Maltin fil-bidu tas-seklu għoxrin. Tħalla bla skola, ġie mġiegħel jgħaddi t-tfulija fil-faqar u l-għaks, u ż-żogħżija fl-injuranza u l-vizzji. Sar raġel fil-ħabs, iżda kiber u twettaq, kważi bil-ħila tiegħu biss, f’kelliem ewlieni ta’ ħsieb il-Maltin ta’ żmienu. Li kieku ma ġiex meqrud qabel il-waqt, seta’ anki sar mexxej qalbieni tal-Maltin fil-bidu tat-triq tagħhom għall-indipendenza u l-ħelsien.